|
1
Fil-bulettini ghad igezwru l-bxara
dwar dit-topografija fuqanija
li ghall-padrun il-gdid issa behsiebhom
iqasqsu f'jigsaw puzzle il-periti.
2
Kundanna indelibbli fil-faccati
tas-Sunday Times, it-Torca, l-Independent...
ghax demmhom Malti l-gurnalisti taghna
u draw jossiginawh fl-oqsma saqwija
imniffsa bil-mohriet u pass il-bhima
Ghax draw mill-wied bi lsien il-fart kahlani
bhal parassiti jerdghu l-essenzjali,
jinterrogaw l-irdum biex hu jwegibhom
b'ghanjietu stess, bl-ilwien tas-seba' sema
ifewhu ma' kull rih sa xfarijietu.
3
Bejnet Ta' Cenc u l-wahx t'inkubu ahmar
ghammieq minghajr benzin, bahar u sigar -
joint boxes alla jbierek ta' skoss wajers
u fajberoptik - jisparaw il-weraq
lejn shab azmatku msellet mill-grigal
forsi 'nsensibbli ghall-filosofija
tal-flus mazzra tar-ruh fil-kwantità.
4
Zviluppatur dinj'ohra jrid isawwar
ghan-nobbiltà ridik'la tal-prezent.
Dinj'ohra minghajr talb ghax-xita f'waqtha -
bl-isprinklers f'moviment ghat-tond sfrenati
isaqqu twapet hodor ittrimjati,
x'nambuhom l-elementi qliel xitwija?
Dinj'ohra bla mixjiet u nannakoli.
Bla danza taz-zunzan. Bla sentinelli
tad-dalma li jinqatghu, rashom 'l isfel...
Bla xewk. Bla hjut botnin zbrixx mal-moghdija
b'rummien xpakkat u zokkor ha jrejquhom
lil das-sibbien, b'titjir il-mejt, sakrana.
Imwahhla nitilfuhom mal-gerzuma
ta' halq l-gherien. Ghax helwa l-pozizzjoni
t'ulied il-lejl. Bla kbar bhat-tfal jilaghbu.
Dinj'ohra ta' bla sebh ghaxxieq bil-ghana.
Bla hagra zzomm fuq hagra bil-magija
tostrilna lifgha tohlom mistohbija
taht sew il-gilda samra tal-hamrija.
Dinj'ohra bla tisfir, titjir senswali
Bla htiega ta' firien u fniek tal-liebru
ihaffru ghomor bejta ghat-taghmira
ghax issa bi tmintax -il toqba mkejla
jinsidja l-moghxa fraxk ta' kuntrattur
biex qniefed u gremxul isiru blalen
mill-benestanti msawta ghall-pjacir.
5
B'mazz pjanti horrox borrox gew tal-MEPA
ha jdellu kollox: giren, gwiebi, griebeg,
ucuh imtarrga, steppi, arbuxelli,
hitan iwieznu xtiebi tqal b'theddida
imcallsa fuq tabella: Riservato.
Tal-MEPA a la biebhom mix-xaqliba
ta' zara' tleqq, daqqâqa fl-irjieh horox,
u l-blat jixher ghall-herba li trid tasal!
Ma jifhmuhomx lill-organizmi gwejda
eternament protetti jishru biezla
biex dal-miraklu jibqa' b'ferh jittenna.
6
F'Ta' Cenc ilfiq il-bies perpless bil-weggha
ma jingassax il-pjan ta' bla vizjoni.
Ma jixxugax il-bezqa hadranija
fuq dat-tezor bi fdal il-preistorja.
7
Jitqawsu s-sigar taht l-irjieh tal-Bandu
bl-gheruq jankrawhom sewwa ma' sisienhom -
gheruqhom jitlahalhu fid-drenaggi
u mbazzgha mil-lexxuna tat-tragedja
f'disinji 'mposti ghat-twettiq t'anzjan
makakk jibblaffja quddiem midja stojka
ma nilmhuhomx. B'master plan kongestat
ta' vilel, maisonettes, lukandi, park
l-ekoturizmu jisfa ffucillat!
8
Gej terremot iharbat ir-rutina,
b'indifferenza jgerrem, jobzoq, jibla'
kulfejn jikkongregaw il-mazzarelli
maz-zringijiet u l-friefet infettati.
Gej centupied bi snien ikkatenati,
l-art jobrox b'ziguzajgi ta' mibeghda,
jispulpja l-ghozza ta' l-ambjentalisti.
9
F'damdim il-magni ma jferrghux is-sigar
u l-kliem dwar bijoknosi ma jehilx
f'kalati jifthu gbejna blat il-wita.
Tispicca l-libsa tkangi naturali
mal-qraten fl-istaguni tat-tixrib
ghax kollox stat'ku jkun. Perfett. Bla mhabba
ghajr biss tal-flus jitkattru ghal tal-qalba.
'Mma l-flus mat-tajn holm ordinarju jwelldu,
mhux xaghra tfuh bil-bewsa ta' l-artisti
li trid tkellimna b'ghajta ta' garnija
u b'mewga tonfoh bziezaq ta' hlusija
biex hut u alki tniffes gewwa l-qala.
10
Titwitta b'tatticizmu minn bulldozers
bix-xedaq tat-tmexxija bi tbissima
inkella f'wicc il-blat fossili xwejha
b'gharqbejn l-isfruttatur f'id laqx titkisser
f'Ta' Cenc l-identità ta' l-antenati
u taghna l-gambli u x-xirgien tal-bahar.
11
Ghac-cief issentenzjat fuq xifer l-gholja
il-pulpti ghall-klemenza ma jrahhmux,
u l-ebda baklu l-kredtu m'hu se jxellef
fuq spanjulett fil-vortici tac-comb.
12
"Xi swew l-gholjiet ghall-kont bankarju
taghna
bhal ruh il-gzira mqaxqxa mill-valuri?
U min webbilkom biex tikkonservawhom
la s'issa ta' l-imghagna naturali
t'hawnhekk, hadd ma ta kas? Din Strategija.
Zboccar l-ekonomija. Rankatura
u d-deficit ghasfur tal-molla lura
ghal percentwal impost bi skossjatura.
Kuragg, Maltin, u nsiru nies sa fl-ahhar!
Ma nitilfuhx ic-cans u nfuru bl-Ewro!
Dan esodu mahsub u mhux partenza.
Jekk naqdfu ghal sidirna jaf nirnexxu
u Unjoni b'Onorev'li galantomi
(ladarba tasal fuqna l-presidenza)
niddandnu tiggustana u tberikna.
Instabbli l-qafas makro-ekonom'ku,
pungenti wkoll ir-rata t'inflazzjoni.
Ghalhekk bi prevenzjoni rridu nibdlu
garigue ikkonsagrat f'binja dehbija.
Hekk kangu, barbagann, bufula hamra
jibdew jiffrekwentaw imkejjen ohra
u hesrem ma mmutux bil-pandemija!
Ir-renju l-gdid ta' blokok bil-vetrati
- bhal sagrament astratt li ghadda zmienu -
indonnuh f'ass jifdina minn htijietna -
mill-ghazz u l-piki dwar il-kartapesta,
mil-lotta bejn l-ilwien tradizzjonali."
Stqarrija din ta' ghajb ghax bla moghdrija
tifqa' ghajn il-holm tal-paci u t-tgawdija!
13
Gol-maghsar tal-kuxjenza ekolog'ka
mal-gabillott b'riglejh godlin nishqukom.
Ghax ahna t-tfal misruqa mill-qawsalla,
werrieta minghajr wirt, min-nifs imcahhda,
u l-baqta ta' Holqien fuq xufftejn Alla!
14
Bhall-gebel tas-sejjieh marsusa jibqghu
ghal dejjem il-memorji ta' l-irdum
imwiegher u sabih fil-ghera tieghu!
Louis Briffa
©2006
|