|
|
|
|
Dur mal-kantuniera, inzel
in-nizla lejn il-bahar
Ir-rih frisk iwassallek Il-hlewwa tal-melh go wiccek
Bahar ikhal, blat catt,abjad,
Sodda iebsa biex timtedd fuqha;
Ghalaq ghajnejk, ahseb fl'imhabba-
Ta' l-omm, tan-nanniet, tat-tfal,
Fl'mhabba projbita li hija ukoll imbierka;
Iftah ghajnejk,
Hoss ix-xemx ma gildek,
Duq il-melh b'ilsinek
Aqbes fil-bahar
Fond u car,
Ahsel gismek u ruhek;
Mur lejn id-dar
U ghada
Erga ejja.
©Helen Caruana Galizia
2006
|
|