Il-Golf Kellu Jkun
Home
News
News
Press Release
Events
Black Spot
Forum
Have your Say
About Us
Join Us
How can I help?
Articles
Resources
Poetry
Photo Gallery
Links
Contact Us

Ghad irid jilqa’ rjus kbar
dan il-gojjell tan-negozju Malti;
ghad irid jara stikek itajru n-nar,
u blalen itiru fis-sema qishom ghasafar,
u nizlin qishom trofej tal-kacca jfittxu dar.

Ghad jigu mill-boghod biex jifluh mill-vicin
dan il-pannu fin;
ghad trid titbissem ix-xemx
fuq dan l-investiment prim.
Din hija l-kickstart li riedet l-ekonomija;
dan hu l-ispark li riedet il-magna marradija,
il-jumpstart li riedet il-batterija.

Il-golf kellu jkun ghalina,
l-isport nazzjonali Malti,
bil-pass sod u l-iskoss f’salt,
bi 18-il toqba, jew 27,
imxerrdin ’l hawn u ’l hemm fl-art.
Dan hu n-nifs gdid li ried is-settur privat;
din hi d-direzzjoni.

Il-golf kellu jkun ghalina.
U ftit irjus kbar.

Adrian Grima
mill-ktieb Rakkmu (KKM, 2006)