![]() |
|
|||||||||||||||||||||||
|
L-Ghatx tal-Ligi
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
F'dal-wied l-ilqugh tal-qasab jipprotegi l-biegha mir-raxx tal-bahar diehel salvagg minn faccata; l-ilma dejjem gej, minn gol-blat gholi, u n-nies tigi mill-boghod biex timla l-jerry cans u tiehu maghha mqar boqqa wied. Fil-genb hemm il-magni taz-zrar u wicc sfregjat sine die, tifkira ta' glieda legali li damet 20 sena tiekol mill-genb tal-wied u tarmi t-trab. Ix-xorti riedet li l-avukat tal-wied, illum imhallef, mexa kif jimxu l-avukati fejn jidhlu l-flus u l-isfregji tal-widien. Il-bdiewa jirrakkuntaw l-istorja bid-diqa
ta' min ra l-ucuh milqugha mir-raxx tal-bahar jitnezzghu gharwenin quddiem
raxx ta' trabijiet u kliem oskur jahbi l-idejn kollhom trab ta' ligi mahmuga.
Jista' jonfoh kemm irid ir-raxx tal-bahar mielah ghax l-ilqugh gholi u
l-ilma frisk minn gol-blat dejjem gej. Basta ma tigix taqta' l-ghatx il-ligi. Adrian Grima |
|||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||