Mixja Nazzjonali Favur L'Ambjent (Click here for English version)
Home
News
News
Press Release
Events
Black Spot
Forum
Have your Say
About Us
Join Us
How can I help?
Articles
Resources
Poetry
Photo Gallery
Links
Contact Us

Mixja nazzjonali favur l-ambjent qed tigi organizzat ghal nhar is-Sibt 10 ta' Gunju 2006, fil-10.00 am., niltaqghu f'Bieb il-Belt.

Il-ghan ta' dan ir-rally huwa sabiex nenfasizzaw kif l-ambjent qed jigi abbuzat b'dannu ghall-sahhitna u ghall-mod ta kif nghixu, fejn l-attivita inkontrollabbli tal-kostruzzjoni qed tkun il-kagun li f'Malta ghandna l-oghla rata ta' asthma fil-Mediterran filwaqt li f'bosta ibliet u rhula l-kundizzjonijiet li wiehed qed ighix fihom saru insapportabbli minhabba l-hsejjes bla ma jaqtghu, kontaminazzjoni ta' l-arja, ingombru bi krejnijiet, bankini mfarrkin etc. kollha kagun ta' l-industrija tal-kostruzzjoni.

Minbarra l-qerda tal-rhula tradizzjonali u l-arkitettura rikka li writna, il-poplu Malti issa qed isir aktar konxju li post dan il-bini qadim issa qed jiehdu bini ta' bla ebda valur li ma jikkumplimentax il-madwar u li johloq tfixkil f'postijiet residenzjali bil- progetti kummercjali. Permessi sabiex jinbnew aktar blokki qeghdin jigu approvati minghajr ma qabel jinghata kaz ghall-proporzjon tad-densita tal-popolazzjoni u ta' kemm tkun tiflah ghalih l-infrastruttura. L-infurzar tar-regolamenti fuq min jabbuza tista' tghid li ma jezistix u meta jigu ttollerat l-abbuz dan ikompli jhajjar ohrajn biex jibnu abbuzivament.

Il-poplu daqstant iehor hu ikkoncernat dwar il-fatt li 22% ta' l-art Maltija hija diga mibnija u dan allarmanti hafna meta jigi mqabbel mas-7%, ras ghal ras, tal pajjizi l-ohra Ewropej. Ma' dan il-gvern issa ghadu kif habbar pjan biex ikompli jeqred 2.4% mill-kampanja prezzjuza li baqa' u dan minhabba regolamenti godda biex jippermetti bini fuq certi siti li jaqghu barra z-zona ta' l-izvilupp, (ODZ).

Waqt ir-'Rally' se nuru wkoll li ahna kontra l-pjani li jigu wzati siti ekologikalment-sensittivi bhal ma huma Ta' Cenc u x-Xaghra l-Hamra biex jinbnew 'golf courses' b'telf tal-patrimonju rurali taghna biex minnu japprofittaw il ftit. Daqstant iehor il-pubbliku qieghed jigi mcahhad milli jkollu access ghall-partijiet mill-kampanja, xtut u postijiet fl-inhawi tal-kosta u dan minn zviluppaturi u 'squatters'. Il-Bahar taghna b'dak kollu li jigbor fih ukoll gie abbuzat b'effetti negattivi li jdumu maghna ghal zmien twil u li jehtiegu li jittiehdu passi immedjati biex din il-hsara tibda tigi rrangata. Il-bahar jipprovdilna l-ilma kollu, rizorsi naturali, passatempi, u min jaf kemm il-post bi qliegh ta' flus u xoghol iehor, izda dan kollu fil-prezent jinsab f'riskju. It-Turizmu wkoll kien effettwat minhabba l-immaniggjar fqir ta' l-ambjent, bir-rizultat ta' telf ta' mpjiegi u gheluq ta' postijiet tan-negozji.

Dan ir-Rally mhux xi attivita politika u qieghed jigi organizzat mill-bicca l-kbira tal-ghaqdiet mhux governattivi ambjentali (NGO's)Maltin fosthom:

  • Isalnd Sanctuary
  • BICREF
  • Din l-Art Helwa
  • Flimkien ghal-Abmbjent Ahjar
  • Fondazzjoni Wirt Artna
  • Friends of the Earth
  • Gaia Foundation
  • Graffitti
  • Insalvaw il Wied ta' Kalkara
  • Grupp Wied Garnaw
  • Kumitat ghall-Harsien Rurali ta' Ghajn Tuffieha
  • MOAM
  • NatureTrust
  • Qui si-San Residents' Association
  • Ramblers' Association
  • Archaelogical Society
  • Malta Geographical Society.

3rd June 2006