Taghrif ghall-Istampa- illum 8 ta' April, 2006- (Click here for the English Version)
Home
News
News
Press Release
Events
Black Spot
Forum
Have your Say
About Us
Join Us
How can I help?
Articles
Resources
Poetry
Photo Gallery
Links
Contact Us
Ittra miftuha taht it-titlu 'Stand up and be counted´ u li theggeg lin-nies biex juru li huma kontra kull theddida li l-ambjent f'Malta qieghed ikollu, giet ippubblikata f'ghadd ta' gazzetti f'Marzu '06. Din kienet iffirmata minn aktar minn erba' mitt ruh.

Ir-rispons kien wiehed kbir, ittri u e-mails bdew jaslu minghand kulhadd, minghajr ebda distinzjoni ta' kulur politiku u minn kull rokna ta' Malta. U kollha wrew il-priokkupazzjoni kbira taghhom dwar prattici ta' zvilupp bla kontroll u heggew biex il-Gvern jiehu l-passi mehtiega biex iwaqqaf il-kkonfoffi minn taht fuq in-naha ta' l-izviluppatur. Jeremy Boissevain, fost l-ohrajn, sejjah din l-ittra miftugha " wiehed mill-aktar zviluppi importanti li sehhew dwar il-process tal-emancipazzjoni civili f'Malta".

B'rizultat ta' dan kollu giet iffurmata ghaqda minghajr ebda rbit politku, 'Flimkien ghal Ambjent Ahjar' (FAA). Il-ghan ta' din il-ghaqda hu biex il-pubbliku jsir konxju dwar il-mixja sistematika u ta' bla waqfien li qed dejjem tgerrem mill-patrimonju urban u rurali taghna u, biex taghti opportunita' lil kulhadd biex isemma' lehnu. Hija l-intenzjoni tal-'FAA' li topponi ghal kull zvilupp gdid li jkun ser iwegga' 'ill-ambjent u li tieqaf lill-Gvern b'kull mezz possibli.

Sal-lum kulhadd kien jahseb li xejn ma' jista' jsir biex dan l-agir jieqaf. In-nies hassitha bla sahha quddiem il-ftit li hadu d-decizjonijiet li wasslu biex qerdu l-ambjent ta' madwarna. Kull twaqqiegh kien qed jigi accettat bla hadd jitniffes minhabba li kull twaqqiegh kien jitpogga bhala xi haga inevitabbli - a fait accompli. F'okkazjonijiet fejn in-nies occezzjonat jew f'kazi rari fejn giet ikkonsultata, l-affarijiet xorta wahda kienu infurzati bla ebda konsiderazzjoni, haga
li 'illum sirna nassocjawha ma' min imexxi.

Issa sar iz-zejjed, u ghalhekk kulhadd qed isir jimportah aktar dwar il-hsara li qieghed kontinwament igarrab pajjizna. Jidher car li hemm bzonn li jsiru regolamenti godda, jew li jigu rtirati dawk ezistenti, biex b'hekk jitharsu b'mod logiku u li jharsu fit-tul, l-aspetti kollha tal-aministrazzjoni tal-gzira. Il-ligijiet ezistenti ghandhom jigu applikati b'mod gdid. Fejn mehtieg, ligijiet godda cari u minghajr loghob ta' kliem u Pjan Strutturali gdid ghal Malta, ghandhom jigu approvati u infurzati minghajr telf ta' zmien. L-Ufficcjali mahtura ghandhom jaghtu prova tad-dedikazzjoni taghhom lejn ir-regolamenti billi kif hu xieraq jilhqu l-aspettazzjoni tan-nies u l-protezzjoni ta' dak kollu li hu wirtna bi dritt.

'Flimkien ghal Ambjent Ahjar' (FAA) jigbor fih lil Malta u Ghawdex u l-ispirtu li fih jahdem hu rifless fil-' motto ' tieghu "the power of one, the strength of many" ( il-qawwa ta' wiehed, is-sahha ta' hafna).

Il-ghanijiet principali tal-FAA huma li jipprovdu alternattivi vijabbli dwar:

  • il-qerda fil-qalba tradizzjonali tar-rhula u bliet taghna bit-twaqqiegh ta' djar antiki biex minflokhom jinbnew binjiet kummercjali ta' bla ebda karattru jew mertu arkitettoniku u li jkun jistona mal-madwar.
  • It-tehid tal-kampanja permezz ta' bini illegali u l-uzu hazin ta' witghat li huma meqjusin bhala ekologikament sensittivi bhal dawk tax-Xaghra l-Hamra u Ta'Cenc, ghal progetti spekulattivi bhal ma huma 'Golf courses'.
  • U, in-nuqqas ta' nfurzar tal-ligijiet kontra wesghat kbar ta' artijiet li jigu illegalment maghluqa biex jintu]aw ghal kacca u nsib illegali.

Ma jistax ikun li nibqghu aktar b'halqna maghluq u noqoghdu nharsu biss filwaqt li, gimgha wara gimgha, Malta tibqa titlef mill-patrimonju ruarli u urbani taghna.

 8 ta' April, 2006