St. Thomas Bay - Il-Karba Ta’ L-Ohla Dahla
Home
News
News
Press Release
Events
Black Spot
Forum
Have your Say
About Us
Join Us
How can I help?
Articles
Resources
Poetry
Photo Gallery
Links
Contact Us

F’jum xemxi, kalma sfieqa, fil-frisk ta’ ghodwa fir-rebbiegha, ohrog mid-dar mal-familja u aqbad it-triq lejn il-vant ta’ Malta. Ghaddi miz-Zejtun jew Wied il-Ghajn, u ixref fuq il-bajja helwa ta’ San Tumas, maghrufa wkoll bhala ir-Ramla taz-Zejtun.

Hekk kif it-triq twasslek hdejn il-bahar, ghandek tilmah quddiemek dehera li ssahhrek! Faccata, fuq in-naha l-ohra tal-bajja lejn il-lemin, imdendel fuq bahar ikhal u taht sema kahlani, b’xi shaba bajda jew tnejn fuqu, tara l-irdum bajdani tal-Munxar. Dan il-blat, gholi mill-bahar xi hamsin metru, johrog bil-ponta biex jofroq l-ilmijiet, donnu il-pruwa ta’ bastiment grandjuz ibahhar f’l-ocean. ‘Il fuq mil-bjuda ta’l-irdum ghandek tilmah ghelieqi mtarrga, mifruxin bhal twapet tawwalin, ihaddru biex ilewwnu ix-xena u jsebbhu l-ambjent.

Jekk timxi ftit lejn in-naha l-ohra tal-bajja, fuq ix-xellug, tasal il-Fajtata, fejn hemm ramla ckejkna u blat abjad lixxfejn bosta Maltin u turisti barranin iqattghu sieghat twal ta’ mistrieh fis-sajf, u fix-xitwa ghal kenn mill-majjestral. Ezatt fuq din il-kosta tara gnien publiku, imqassam pulit u kollu sigar ihaddru. Iktar il’ gewwa hemm l-Abjad iz-Zghir, irdum abjad fuq bahar ikhal, li jissejjah ukoll tal-Mignuna. Dan l-irdum jibqa niezel helu helu lejn il-bahar u fit-tarf jispicca fuq blat lixx popolari kemm ghas-sajd kif ukoll ghall-ghawm f’l-eqqel tas-sajf.

Sa hawn kollox sew, ghax id-dahla tal-bajja giet imsebbha mhux zmien twil ilu. It-triq giet mibnija sewwa u l-bankini wiesgha mwittijin bil-madum ohxon, hamrani. Ma dawret il-bahar hemm passaggi komdi, bil-hadid gdid u xi bank l’hawn u l’hemm ghal mistrieh.

Izda xi ssib jekk terga’ lura mnejn gejt u tibqa diehel lejn il-Munxar, ghal go nofs il-bajja? Bejn il-Fajtata u l-Munxar hemm xatt abbandunat fi stat tal-biki!

Il-kuntrast ghandu jixxukkjak! Kif titlaq id-dahla tal-bajja u tasal fit-tarf ta’ fejn sar it-tisbieh, it-triq principali ssibha kollha hofor fondi, li fix-xita jsiru ghadajjar kbar. Iktar ‘il gewwa, it-triq sfrundat fil-bahar ghal bosta metri u baqghet hekk diga ghal hafna xhur. Mal-bahar, wara r-ramel, tara balavostri tal-konkos, mkissrin minn nofs, fuq hajt ta’ konkrit maqsum f’diversi postijiet. Hemm skall imfarrak, bil-hitan ta’ madwaru f’bicciet l’hawn u l’hemm. Ma’n-naha l-ohra tat-triq tara hitan imwaqqghin u munzelli ta’ radam.

L-iskall principali jinsab ftit iktar ‘il gewwa. Il-wicc tieghu hu mikul u mhaffer bizzejjed biex jghamel hsara lill-karrijiet tad-dghajjes li kull hin iridu bil-fors jghaddu minn fuqu. Ma’l-bahar tinsab ramla sbejha li fis-sajf tkun miksija bit-tfal u familji Maltin jghumu u jilghaqu x-xemx. Hasra tassew li it-triq ghal din ir-ramla u l-ilquh ta’ madwara jinsabu fi stat ta’ telqa u ma jigux irrangati mill-iktar fis.

Il-Bajja ta’ San Tumas hi bla dubju l-isbah dahla li tinsab fil-vant ta’ Malta. Kieku tinzamm fi stat tajjeb ghandhatkun l-ohla tal-gzejjer taghna. Fis-sajf jiltaqa kumitat tal-post biex jorganizza quddiesa ghall-apert nhar ta’ Sibt fil-ghaxija u biex jara il-bzonnijiet ta’l-inhawi. Fis-sjuf li ghaddew, dan il-kumitat ha hsieb iwitti l-iskall u jnaddaf ir-ramel mill-gebel kbir u zghir li jtella’ l-bahar, permess ta’ voluntieri habrikin li ta’ min ifahharhom. Anki ha hsieb jimla il-hofor tat-triq bil-konkrit. Izda issa tant hemm hsarat fil-bajja li dan il-kumitat ma jistax ilahhaq maghhom minghajr l-ghajnuna ta’l-awtoritajiet. Saru hafna appelli lill-Kunsill Lokali u lill-Gvern Centrali biex jissewwew il-hsarat, izda ghal snin twal l-appelli waqghu fuq widnejn torox!

Fuq nota tajba ta’ min japprezza it-tindif li jsir ta’ kull jum min-naddafa tax-xatt. Bis-sahha taghhom il-post jinzamm nadif, u ir-ramel ma jibqax mghotti b’l-alka wara kull maltembata.

Meta tqis li fin-naha t’isfel ta’ Malta hemm biss ir-Ramla ta’ San Tumas u il-Bajja s-Sabieha ta’ Birzebbuga ghall-ghawm tat-tfal, tibqa skantat tara it-traskuragni f’wahda minn tnejn! Fis-sajf, nies minn xi ghaxar irhula bilfors iridu jiffullaw go dawn iz-zewg bajjiet biex jiehdu t-tfal jghumu u jilghabu bir-ramel bla ma jitbghedu hafna minn djarhom. Dawn l-irhula huma Wied il-Ghajn, Zejtun, Zabbar, Fgura, Pawla, Tarxien, Gudja, Hal Ghaxaq, Marsaxlokk u Birzebbuga. Huwa ttamat li fil-futur qarib isir it-tisbieh mehtieg biex il-Bajja San Tumas ma tibqax tebgha fuq il-Mappa Maltija, qiesha pajjiz tat-tielet dinja waqt il-gwerra, izda ssir tabilhaqq post ta’ pjacir ghall-familji Maltin u attrazzjoni turistika ghall-barranin.

Click on the Images below to view larger picture
Bomba??
Munzell Gebel!
Genb tat-triq
Gemb it-triq imsebbha
'Ramla'
Skall imfarrak
skip u 'hajt'!
Wara it-tisbih!