![]() |
|
|||||||||||||||||||||||
|
Dik Il-Mara Zghira
Izda Qalbiena!
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
Din li gejja hija traduzzjoni ta' intervista li Astrid Vella, Kelliema ghall-Moviment "Flimkien ghal Ambjent Ahjar" tat lill-gurnalista James Debono, u li xxandret bi prominenza fil-harga ta' "Malta Today" tal-Hadd, 24 ta' Dicembru 2006. Dak li finalment xpruna lil Astrid Vella biex tiehu azzjoni kien it-twaqqigh ta' l-aktar dar antika f'Tas-Sliema, fi Triq il-Kbira, meta organizzat kampanja bla heda halli ma titwaqqax. "Li kieku l-MEPA ma hargitx dak il-permess, ma nahsibx li dal-moviment tas-socjeta' civili kien qatt jibda. Dal-kaz kien indikazzajoni li meta l-izviluppaturi jkollhom ir-rih fil-qala, l-affarijiet isuru kif iridu huma", tghid Vella. L-agha shih li qam kontra d-decizjoni tal-MEPA biex isir it-twaqqigh, bi ksur kontra ghaxar regolamenti tal-MEPA u ta' zewg ligijiet, ghenu biex iqanqlu lil dal-moviment gdid, Flimkien ghal Ambjent Ahjar (FAA), biex jintefa' fl-azzjoni.
Wahda mill-affarijiet li biha riedu jsawwtu lil Astrid Vella fil-media kienet li hi mdahhla fl-izvilupp tal-propjeta'. "L-awtoritajiet hargu jghidu li jien imdahhla fl-izvilupp tal-projeta' ghax meta kelli erba' snin, ir-ragel taz-zija t'ommi kien waqqa' d-dar fejn toqghod il-familja tieghi. Dan juri biss haga wahda: sa fejn kapaci jaslu l-awtoritajiet biex isikktu lis-socjeta' civili." Kritika ohra li bdiet issir kontra l-moviment gdid hi li hu jbati mis-sindromu Nimby (Not In My Back Yard) - jigifieri "basta mhux vicin tieghi". "Din hija xilja ohra li l-gvern juza fil-media biex jiskredita lill-komunitajiet lokali. Ahna nhossu li hadd ma jaf dwar il-htigijiet tal-komunita' daqs ir-residenti nfushom, tant li bhalissa qeghdin niffurmaw sotto-kumitati f'diversi nhawi. F'pajjizi ohra Ewropej, il-komunitajiet lokali huma nkoraggiti u sahansitra sussidjati mill-gvern centrali. Ahna ghal ta' l-apposta organizzajna l-protest taghna b'dak il-mod, biex l-attenzjoni ndawruha minn fuq politika partigjana u nindirizzaw it-thassib tal-komunitajiet lokali. Imma matul l-ewwel laqgha pubblika tal-FAA f'Mejju, kien hemm nies li kienu sahansitra qed jipprotestaw kontra l-impjant ta' Sant'Antnin flimkien ma' nies ohra li kienu qed jipprotestaw kontra kwistjonijiet lokali ohra. L-impjant ta' Sant'Anton hu ta' beneficcju ghall-ambjent? "Ma hemmx dubju li l-progett ta' Sant'Antnin hu mehtieg ghall-immaniggjar ta' l-iskart, imma hija kwistjoni ta' fejn twaqqaf progett bhal dak. Dak li hareg ghad-dawl kien il-fatt li l-ghazla tas-sit fejn twaqqaf il-progett kienet manipulata." Astrid Vella tinsisti li nhawi differenti f'Malta jiffaccjaw problemi differenti. "Huwa mehtieg li wiehed ihares lejn il-lat lokali minhabba li kull naha f'Malta ghandha l-problemi specifici taghha, u allura ma tistax tittratta lil kull naha bl-istess mod." Hija tiddeskrivi n-naha ta' nofsinhar ta' Malta bhala zona ambjentali "sewda" li tibda bl-incineratur ta' l-Isptar San Luqa u tibqa' sejra sa l-istazzjon ta' l-energija fil-Marsa, iz-zoni ndustrijali, l-impjant fejn jissaffa d-drenagg, l-istazzjon ta' l-energija f'Dellimara, il-Port Hieles u l-Impjant ta' Sant'Antnin. "Filwaqt li l-inhawi maghzula ghal x'uhud minn dawn il-progetti huma dettati bilfors mill-gografija tal-portijiet, problemi ohra bhalma huma t-tniggiz ta' l-arja, kien imisshom hadu hsiebhom snin ilu. Man-nies ta' dawn l-inhawi ma qeghda ssir l-ebda gustizzja ambjentali . . . . kemm jifilhu jaqilghu izjed?" Astrid Vella tispjega l-problemi li qed jiffaccjaw zewg inhawi ohra f'Malta li ghandhom problemi serji - jigifieri l-inhawi tal-Portijiet fit-Tramuntana fejn qed ikunu mhedda minn zvilupp ta' appartamenti, u Ghawdex u l-Mellieha li qed ikunu mhedda minn zvilupp turistiku mhux sostenibbli. "Fl-inhawi tal-portijiet fit- tramuntana, minn Tas-Sliema sal-Madliena, il-livell ta' zvilupp mill-gdid lahaq proporzjonijiet li wiehed ma jistax jissaporti." Ir-Rapport dwar l-Istat ta' l-Industrija tal-Kostruzzjoni mahrug mill-Kunsill Konsultattiv ghall-Industrija tal-Bini jitkellem dwar id-drawwa li gmielha qed tikber li djar kbar antiki qed icedu posthom lil blokki ta' bini icken imma li aktar joghlew 'il fuq. Filwaqt li fl-2001 dan it-tibdil issarraf f'645 blokki biss, fl-2005 kienu zviluppati jew konvertiti 4,577 blokki godda. Din id-drawwa ttaffi l-pressjonijiet fuq il-kampanja? Vella tikkuntrarja l-opinjoni ufficjali li l-kunratturi qed jersqu lejn il-qalba ta' l-ibliet minhabba l-iskoraggiment tal-gvern li jitla' bini barra z-zoni ta' zvilupp. Hija tikkontendi li bosta mill-izvilupp li bhalissa qed isir fil-qalba ta' l-irhula huwa rizultat tat-tibdil fl-ippjanar li kien sar fl-2003 u l-2005, li kien ippermetta l-bini ta' aktar sulari f'inhawi ta' konservazzjoni urbana ("urban conservation areas" - UCA's). "Djar li ma kellhom l-ebda valur kummercjali issa qed jinhatfu daqs li kieku kienu minjieri tad-deheb ghax fuqhom wiehed jista' jtella' sa erba' u sitt sulari. Matul l-ahhar sitt xhur li ghaddew, intefghu 70 applikazzjoni ghal appartamenti godda fi Triq Sir Arturo Mercieca f'Tas-Sliema, li fejn iridu jinbnew illum hemm biss 80 dar. F'Tas-Sliema u San Giljan, bini bit-tibdiliet imhabbra skond il-UCA jista' jibqa' tiela' sa sitt sulari - xi haga li ma taghmilx sens ghal qalba ta' rahal." Astrid Vella tirreferi ghall-kundizzjonijiet intollerabbnli li fihom qed jghixu nies li joqghodu f'zoni residenzjali li darba kienu trankwilli u li issa nbidlu f'inhawi fejn tiela' l-bini. "Ix-xjuh ma jissugrawx johorgu minn djarhom, filwaqt li r-residenti jkollhom jissaportu hsejjes qawwija mis-6.00 am sas-7.00 pm sebghat ijiem fil-gimgha, apparti t-trabijiet u l-mard." Hija tikkwota wkoll rapport imhejji minn konsulenti medici ewlenin fejn juri li Malta ghandha l-ghola rata ta' azzma fuq it-tfal fil-Mediterran. Dar-rapport jghid car li kagun ta' dan huwa l-ammont ta' trabijiet mill-gebel li ghandna fl-arja. "Ilghala ma sar xejn dwar dan? Barra minn hekk, bini gholi mtella' nfila f'toroq dojoq izomm fil-post dhahen velenuzi li jikkagunaw il-kancer, u rapport li qeghdin nistudjaw jindika rati ta' kancer oghla mill-medja f'certi nhawi li qed jitilghu wara t-tibdiliet skond il-UCA." Skond Vella, l-uzu ta' taghmir aggressiv biex jitwaqqa' l-bini, li ma jghoddx ghat-twaqqigh ta' djar qodma, ikkawza l-mewt minhabba bini li sfronda u hsarat enormi li sofrew djar tal-girien. "Minkejja l-fatt li l-ligi taghna tghid li l-Ministru jista' johrog regolamenti dwar it-tharis tas-sahha, lill-vittmi qed jghidulhom li jistghu biss jirrikorru l-qorti, bl-ispejjez kollha u dewemien li pass bhal dan jinvolvi. Din x'gustizzja hi?" Hija wkoll tikkontendi li bosta mill-izvilupp tal-bini li qed isehh fil-qalba ta' l-irhula m'hemmx bzonnu. "L-ex-Ministru Nazzjonalista, Michael Falzon, dan l-ahhar ikkalkula li nkunu nehtiegu xi 800 djar godda fis-sena, izda fl-2005 il-MEPA approvat permessi ghal 9,500. Ghalhekk, nies mietu u ahna qed nherru sahhitna semplicement htija ta' l-ispeklulazzjoni u biex dawk li qatt ma jiddikjaraw kemm ghandhom flus, ikollhom opportunitajiet ta' investiment qabel l-introduzzjoni ta' l-Ewro." Vella tikkritika wkoll lil MEPA talli ma tistharrigx x'uhud mill-impatti socjali u ta' sigurta fil-kaz ta' bini gholi. "Qed nippromwovu l-bini ta' blokki ta' bini oghla minn 15 il-sular, filwaqt li l-fire engines li ghandna bilkemm joghlew u jlahhqu sa nofshom. X'uhud mil-lifts li qed ikunu nstallati huma dojoq wisq ghal wheelchairs. Wiehed jiltaqa' ma' indani ta' turgien f'appartamenti li minnhom l-anqas biss jista' jitnizzel tebut - il-mejtin ikollhom jitkeffnu fil-pubbliku fit-tromba komuni tat-tarag" Astrid Vella laqghet bil-ferha l-ahbar li ta l-Ministru George Pullicino li l-Gvern fi hsiebu jintroduci regolamenti godda biex jirregola nhawi fejn ikun tiela' l-bini. "Naturalment, dejjem tibqa' l-kwistjoni ta' l-infurzar. Nittamaw li bil-prezenza ta' Green Wardens f'inhawi fejn ikun tiela' l-bini, dawn il-kundizzjonijiet ikunu rispettati." It-Tramuntana ta' Malta u Ghawdex huma l-inhawi bi problemi ambjentali l-ohra li semmiet Astrid Vella. "Il-Mellieha u Ghawdex qed ikunu rrejpjati. L-izviluppaturi kbar tal-propjeta' kollha jqisu lil Ghawdex bhala l-post li jmiss li jista' jigi sfruttati b'success." Hija thossha xettika dwar kemm tista' tkun haga sostenibbli jekk jitilghu aktar lukandi f'Ghawdex. "Hemm lukandi li qed jaghalqu u r-rata medja ta' 35 fil-mija minnhom mimlijin, tmajna ghal 10 fil-mija fix-xhur tal-harifa u x-xitwa. Minhabba f'hekk, kif tista' Giovanna Debono tiggustifika l-istqarrija taghha li l-bini ta' lukanda gdida u 200 villa f'Hondoq ir-Rummien huma l-ahjar haga li qatt tista' tigri lil Ghawdex?" Hija tikkontendi li dak li jehtieg Ghawdex hu li jkun imhares il-karattru tieghu, li jigbed lit-turisti, u mhux ingerrxuhom b'aktar bini. FAA dejjem taghmel kritika harxa lill-MEPA, izda Astrid Vella temmen bis-shih li l-awtorita' ta' l-ippjanar hija istituzzjoni ta' htiega. "Il-holqien ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-Ministru Michael Falzon kien pass kuragguz 'il quddiem. Li kieku l-Awtorita' ta' l-Ippjanar baqghet fidila lejn il-missjoni taghha, kien ikollna korp eccellenti biex ihares l-ambjent." Ghalkemm bosta mir-regolamenti taghha jidhru sodi hafna fuq il-karta, skond il-kelliema ghall-FAA, il-MEPA tapplikahom b'mod inkonsistenti. Hija tishaq ukoll fuq il-hafna cirkostanzi u decizjonijiet etici fejn l-affarijiet ma jkunu xejn cari bhalma hu l-konflitt ta' interess li jkun hemm meta jkollok bosta periti membri tal-Bordijiet tal-Kummissjoni ta' Kontroll ta' l-Izvilupp (DCC), li jibqghu bil-prattika privata. Vella tikkontendi li l-membri tal-bordijiet tad-DCC li jiddeciedu fuq il-permessi qatt m'ghandhom ikunu periti bil-prattika privata li jipprezentaw il-kazijiet taghhom quddiem l-istess bordijiet. Hija tishaq li dan hu wkoll kaz car ta' konflitt ta' intertessi li jista' jwassal biex jinfluwenza l-verdetti dwar l-applikazzjonijiet. "Ma jaghmilx sens li l-magistrati jiehdu f'idejhom kazi bhala avukati fil-Qorti. Mela ilghala dan hu accettabbli f'bord ta' gurija bhalma hi l-MEPA? Specjalment issa li hemm bizzejjed periti rtirati jew persuni kwalifikati biex iservu fuq il-bordijiet tad-DCC." Vella xxukkjat ruhha meta qrat li applikazzjoni biex jittella' bini barra z-zona ta' zvilupp (ODZ) li tefa' Charles Polidano ressqitha l-Perit Catherine Galea, id-Deputat Chairman tal-MEPA. "Din hi haga oxxena! Id-Deputat Chairman fil-fatt tircievi salarju minghand l-akbar zviluppatur ta' Malta li ghandu rekord ta' 82 kaz ta' ksur ta' regolamenti dwar l-ambjent. Din hija haga immorali!" Skond Vella, l-attitudni leggera li qed jiehdu l-awtoritajiet Maltin ghal abbuz ufficjali huwa 'l boghod hafna hafna minn dak li jsehh fl-Unjoni Ewropea. "Barra minn Malta, ministri jirrizenjaw semplicement ghax ikunu haffu l-hrug ta' permess tax-xoghol legali. Hawnhekk ghandna ministeri bhalma hu dak ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura li jaghmlu xogholijiet minghajr permess kif gara fil-Mixtla ta' Bormla u f'Wied Babu. Ghandna lill-Kap Ezekuttiv ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport li japplika ghal permessi tat-toroq minn gimgha ghal gimgha - u jigi jghidlek li ma kienx jaf li kellu japplika biex jestendi triq li taghti ghar-razzett tieghu li qieghed f'ODZ. Ghandna membru tal-gudikatura li l-vjolazzjonijiet tieghu dwar il-bini finalment jispiccaw jitbierku mill-MEPA. Minflok kultura ta' rizenji qed inrawwmu kultura ta' abbuzi - kif nistghu nippretendu li c-cittadin josserva r-regolamenti meta dawk li suppost ikunu ta' ezempju ghalina, jaghmlu li jridu u ma jmisshom hadd?" Vella tishaq ukoll li ghandu jkun hemm aktar trasparenza fil-MEPA. Hija tistqarr li l-MEPA qed tikser b'mod serju hafna l-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-access ghall-informazzjoni - li tqis bhala krucjali ghall-gustizzja ambjentali. Hija tghid ukoll li l-konsultazzjoni pubblika li saret dwar ir-razzjonalizzazzjoni tal-konfini u l-pjanti lokali, ma kinetx sodisfacenti. "Il-pjanti li kienu legalment ratifikati kienu differenti ferm minn dak li kien propost originarjament lill-pubbliku matul il-konsultazzjonijiet pubblici." Waqt konferenza ta' l-Unjoni Ewropea f'Bergamo, l-Italja, Astrid Vella qajmet din il-kwistjoni mal-president tal-kumitat legali li kien fassal il-Konvenzjoni ta' Aarhus. "Huwa kkonferma li l-process ta' konsultazzjoni pubblika suppost li jibqa' sejjer sakemm tkun giet diskussa kull kwistjoni ewlenija. Dan ma kienx sehh la fil-process ta' razzjonalizzazzjoni u l-anqas fil-kaz tal-pjanti lokali. Barra minn hekk, hu kkonferma li c-cittadini ghandhom il-jedd jaraw il-files kollha li jkollhom x'jaqsmu ma' l-applikazzjonijiet ghal zvilupp. Anki rapporti ta' Case Officers li wiehed jista' jikseb minn fuq il-website tal-MEPA jekk ihallas ghalihom, ta' sikwit ikunu mizmuma milli jarahom il-pubbliku. Ahseb u ara rapporti ohrajn! Il-website tal-MEPA qed tonqos bil-kbir minhabba l-hafna nformazzjoni nieqsa jew mitlufa li hi mizghuda biha - bhalma hi l-pagna ta' l-applikazzjonijiet minn Haz-Zebbug, fejn minn 50 applikazzjoni, 23 huma ghal Birzebbuga, Ghaxaq, San Giljan u l-Ghasri - applikazzjonijiet li huma mohbijin sew ghal dawk li jkunu jridu jressqu xi oggezzjoni." Nuqqas iehor min-naha tal-MEPA huwa li din ma tirrapprezentax l-interessi tas-socjeta' civili - sitwazzjoni li titjieb kieku rapprezentanti tas-socjeta' civili kellhom jinhatru fuq kull bord tal-MEPA, inkluzi l-bordijiet tad-DCC. Izda Astrid Vella ma tara l-ebda rwol ghal dawk il-persuni li jkunu nominati minn partit politiku. "Huwa konvenjenti hafna ghall-gvern li jghid li mhux qed jiehu decizjonijiet bhalma kien jigri fi zmien meta kien hemm Lorry Sant. Imma effettivament, l-ghadd kbir ta' persuni mahtura politikament li hemm fi hdan l-istrutturi tal-MEPA jizgura li d-decizjonijiet li jittiehdu dwar kwistjonijiet importanti jkunu dawk li jkun jixtieq ufficjalment il-gvern." Qabel ma twieled il-moviment Flimkien ghal Ambjent Ahjar diga' kienu jezistu ghadd ta' NGO's bhal Din l-Art Helwa, Nature Trust u Friends of the Earth. Allura ghalfejn inholoq grupp iehor? "FAA m'ghandux intenzjoni li jidduplika x-xoghol ta' NGO's ohrajn. Ghalkemm hu nteressat fil-konservazzjoni tal-wirt tal-pajjiz, il-moviment FAA ma jfittixx li jimita l-hidma ta' Din l-Art Helwa fir-restawr tal-monumenti." FAA sab nicca ghalih - dik li jiddefendi d-drittijiet tac-cittadini komuni ghal ambjent li jaghmel gid lis-sahha. "Ahna bdejna niddefendu l-preservazzjoni tal-qalba ta' l-irhula. Fil-process sibna li l-kwalita' tal-hajja li jghixu n-nies fil-qalba ta' l-irhula kienet qed tigi mhedda. Ahna nikkoncentraw fuq il-htigijiet tan-nies." Issa FAA qed jikkoncentra l-hidma tieghu l-aktar dwar dak li Astrid Vella tirreferi ghalih bhala 'il-kwistjoni fundamentali tal-gustizzja ambjentali'. "Gustizzja ambjentali tfisser id-dritt ta' kull wiehed minna ghal ambjent tajjeb u ta' gid ghal sahhitna. Fid-dinja tal-Punent, il-parti l-kbira tal-gvernijiet qed jghidu li l-izvilupp socjali u ekonomiku jimxi id f'id mal-gustizzja ambjentali." Imma biex jiggustifika l-mod kif rega' organizza l-konfini, il-gvern ikkontenda li l-ambjent kellu jkun sagrifikat ghall-ekonomija u l- gustizzja socjali. "Dak kien il-mod li jqazzek meta pproponew l-estensjoni tal-konfini ghall-bini. Il-bini fil-kampanja minn zviluppaturi kummercjali libbsulu l-iskuza tal-gustizzja socjali." Hija tirreferi wkoll ghall-vojt li jezisti bejn Malta u l-Unjoni Ewropea fejn jidhol ippjanar ambjentali li jhares 'il quddiem. "Nominalment, Malta hija membru ta' l-Unjoni Ewropea. Kien dan il-gvern li ha l-pass qalbieni li jdahhal lil dal-pajjiz fl-UE. Izda f'certi hwejjeg ghadna ferm u ferm 'il boghod mill-UE. Filwaqt li l-UE qed tippjana ghall-2050, f'Malta l-partiti ghandhom ir-rekord li bosta mill-policies huma dettati mill-voti, u rarament naghmlu pjanijiet li jmorru 'l boghod mill-elezzjoni li jkun imiss." George Pullicino akkuza lill-ghaqdiet favur l-ambjent, bhalma hu l-moviment FAA, li ghandhom agenda politika. "Kuntrarjament ghal George Pullicino, jien ma niddilettax bit-tfigh tat-tajn. Dal-gvern kiseb rizultati tajbin hafna f'diversi oqsma, bhalma hi l-politika socjali, u ahna lil Dolores Cristina tajniha appogg kbir dwar ir-riforma fil-kera, li kellha tkun implimentata snin ilu. Fahharna wkoll certi inizjattivi li ttiehdu favur l-ambjent. Ghamilniha cara hafna li l-unika agenda taghna huwa l-ambjent." Haga stramba, imma naqset li ssemmi li m'hemm l-ebda skeda ta' zmien li fih trid issir ir-riforma fil-kera, u li l-gvern kien qed iwiegeb ghas-sejhiet ta' l-Alternattiva Demokratika ghal riformi fil-ligi tal-kera. Minkejja l-konfrontazzjoni bejn il-gvern u l-ghaqdiet favur l-ambjent wara d-decizjoni li jkunu estizi z-zoni ghall-izvilupp, FAA xorta ghad ghandu xi forma ta' kuntatt ma' oqsma tal-gvern. "Ahna nafuh bhala fatt li bosta nies f'hatriet gholjin fi hdan il-gvern, privatament iharsu b'mod favorevoli lejn il-krucjata taghna. Minkejja dan, minhabba l-istrutturi politici rigidi li ghandha, qed ikun impossibbli ghalihom li jitbeghdu mil-linja ufficjali tal-partit." Astrid Vella qed tiffaccja s-sena l-gdida b'fiducja. Hija osservat ukoll titjib zghir fl-attitudni ta' l-awtoritajiet, specjalment fl-introduzzjoni ta' regolamenti dwar inhawi moghtija ghall-bini, u c-cahda tal-MEPA biex blokk ta' djar antiki f'Tas-Sliema jithalla jitwaqqa'. "Zgur li aktar ma nies jinghaqdu maghna, aktar il-pendlu jxaqleb ghan-naha l-ohra." L-isfida li jmiss ghall-moviment Flimkien
ghal Ambjent Ahjar ser tkun jekk, f'sena ta' kampanja elettorali, il-pendlu
jissoktax ixaqleb favur is-socjeta' civili. James Debono |
|||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||